|
Il-Bank of Valleta bhalissa qed jesebixxi tnax-il bicca tal-arti mill-pittur Malti Emvin Cremona. Din l-esebizzjoni tikkonsisti fi hdax-il riproduzzjoni u pittura original minn kollezjoni ta' 20 pittura li juru xeni mill-hajja tal-Madonna, u li jinsabu f'esebizzjoni permanenti fis-Santwarjtu Ta' Pinu.
Il-BOV hallas ghar-restorazzjoni tal-20 pittura li fil-fatt huma disinji li fuqhom gew mahduma il-muzajk li jinsab f'Ta' Pinu. Dawn ix-xogholijiet kienu tlestew minn Emvin Cremona bejn il-1954 u l-1962, u kien mdendla fis-Santwarju sakemm gew mibghuta l-Italja ghax-xoghol tal-muzajk. Dawn kienu gew migbura f'senduq fil-kappella. Madanakollu, matul is-snin l-umdita kienet kawza ta' detorazzjoni severa taghhom.
Ix-xoghol ta' restawr kien f'idejn ir-restoratur ghawdxi Godwin Cutajar u dan ha tul ta' 3 snin biex jitlesta. Billi ix-xogholijiet originali huma fragli, kien mftiehem li pittura originali wahda biss 'L-Epifanija' tkun mehudha fic-Centru tal-BOV ghal din l-esebizzjoni. Il-11-il pittura l-ohra huma:
L-Immakulata Kuncizzjoni,
Il-Prezentazzjoni ta' Kristu,
It-Thabbira tal-Vergni Marija,
Kristu jgorr is-Saliv,
It-Tieg ta' Kana,
Id-Dormitio tal-Vergni Marija,
Il-Prezentazzjoni tal-Vergni Marija,
Il-Familja Sagra,
Kristu max-Xjuh tal-Poplu, u
It-Twelid ta' Kristu.
Emvin Cremona huwa wiehed mill-pitturi l-izjed prominenti f'Malta fis-seklu 20. Huwa twieled fl-1919, u studja fl-iSkola tal-Arti ta Malta u anke fir-Regia Accademia delle Belle Arti f'Ruma. Uhud mill-pitturi l-izjed famuzi tieghi nistghu nsibuhom fil-Knisja Parrokjali tal-Msida, fil-koppla tal-knisja Parrokjali tal-Hamrun u fil-kappela tal-ajruport ta' Malta. Pittura ta' Cremona tinsab ukoll fis-sede tal-Gnus Maghquda fi New York.
L-esebizzjoni, li tinsab fil-foyer tac-centru tal-BOV fi Triq il-Kanuni, Sta Venera, sa tibqa miftuha ghall-pubbliku sal-Gimgha 16 ta' Jannar 2009.
|