|
Nhar il-Hamis 22 ta' Novembru l-Arcisqof ta' Malta, Mons. Pawlu Cremona flimkien mal-grupp ta' sacerdoti li jinsabu jahdmu mieghu mill-qrib ghaddew nofs ta' nhar fis-Santwarju Ta' Pinu. Huma iccelebraw flimkien il-quddiesa fil-kappella tal-Madonna Ta' Pinu, ghaddew ftit mumenti ta' talb f'riglejn il-Madonna Ta' Pinu u wara kienu l-mistiedna tar-rettur tas-Santwarju ghal Kafe, fejn tkellmu fuq it-tip ta' hidma pastorali li s-Santwarju Ta' Pinu joffri lill-pellegrini.
|