Iż-Żjara tas-Santita' Tiegħu il Papa Benedittu XVI f'Malta u l-Programm ta' Ċelebrazzjonijiet f'Għeluq iż-Żjara Apostolika tal-Papa f'Malta u fl-Okkażjoni tal-Preżentazzjoni tal-Warda tad-deheb li l-Papa ser joffri lill-Madonna Ta' Pinu.
Preżentazjoni mibnieha minn Clemente Zammit, mil-Melbourne l-Awstralja, dwar il-Madonna Ta' Pinu u l-Għotja tal-Warda Tad-Deheb mill-Papa lil-Madonna
Ittra Pastorali mill-Isqfijiet ta' Malta u Għawdex dwar il-Miġja tal-Papa ġewwa Malta flimkien ma' messaġġ minn Mons. Mario Grech, Isqof ta' Għawdex dwar l-Għotja ta' Warda tad-Deheb lill-Madonna Ta' Pinu
Programm għall-Pellegrinaġġ lejn Għawdex bil-kwadru tal-Madonna
Ta’ Pinu
u Pontifikal ta’ Radd il-Ħajr lil Alla
għaż-Żjara Apostolika tal-Q.T. il-Papa Benedittu XVI
Is-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, ħare[ Card speċjali fl-okkażjoni tal-Warda tad-Deheb li l-Papa Benedittu XVI offra lill-Madonna Ta’ Pinu nhar il-Ħadd 18 ta’ April 2010. Din il-card li ġiet stampata f’numru limitat ta’ 500 hija timbrata bit-timbru speċjali tal-Malta Post plc li ngħata minn fuq il-Fosos tal-Furjana fit-18 ta’ April. Il-card turi lil-Papa Benedittu XVI, is-Santwarju Ta’ Pinu flimkien ma dettal tal-warda li l-Papa offra lill-Madonna Ta’ Pinu. Barra dan fuq il-Card hemm il-Bolla li Malta Post kienet ħarġet fl-1983 li turi il-Kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu. Ma dawn hemm ukoll il-Bolla tal-Appostlu Missierna San Pawl, flimkien ma’ logo originali li jfakkar il-1950 mill-miġja tal-Appostlu tal-ġnus fuq artna. Il-logo juri l-ħamiema, simbolu tal-Ispirtu s-Santu li qed tonfoħ fuq il-ġifen biex wasal fuq artna, hekk seħħew il-kelmiet li nsibu fl-Atti 27, 26: “jeħtieġ iżda li naslu fi gzira”. Il-Card flimkien mal-logo huma tas-Sur Anthony Grech membru tal-Gozo Philatelic Society u voluntier tas-Santwarju Ta’ Pinu. Il-card tinkiseb mis-Santwarju Ta’ Pinu g]al prezz ta’ 3 euro.